Il-PN qed jaħdem biex negozji żgħar u medji jikbru online – Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-indirizz tiegħu waqt il-laqgħa ma’ delegazzjoni mill-Malta Business Bureau qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem biex in-negozji żgħar u medji jegħlbu l-isfidi diġitali li qed jaffaċċjaw.

Huwa kompla li l-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew se jibqa’ jgħin biex dawn in-negozji jikbru online u jkunu jistgħu jikkompetu ma’ kumpaniji oħra. Delia qal li matul dawn l-aħħar xhur huwa ltaqa’ ma’ diversi negozji li qalulu li l-bejgħ mill-ħwienet tagħhom naqas minħabba l-bejgħ online.

Min-naħa tiegħu l-President tal-Malta Business Bureau Simon De Cesare ppreżenta l-business manifesto għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Matul din il-laqgħa Delia kein akkumpanjat mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.