Il-PN minn dejjem appoġġa lill-Kunsilli Lokali – Dr Simon Busuttil

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-PN minn dejjem kien favur il-Kunsilli Lokali f’Malta u dejjem għaraf jagħtihom l-appoġġ u l-poter meħtieġ. Huwa spjega kif dan huwa importanti sabiex il-kunsilli jaġixxu fl-aħjar interess tar-residenti fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex.
 
Waqt laqgħa fil-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard, Dr Busuttil qal li hija sfortuna li l-Gvern naqqas il-Baġit għall-Kunsilli Lokali għal din is-sena. Semma kif dan huwa ta’ tħassib serju għall-PN għax iqajjem dubji dwar kemm il-Gvern hu verament persważ mill-proġett tal-Kunsilli Lokali.

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt.