Il-PN lest li jippubblika dettalji finanzjarji tal-kampanja

Il-viċi kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Simon Busuttil, qal li l-PN lest li jippubblika dettalji u spejjeż relatati mal-kampanja elettorali.

Madankollu, il-Partit mhux se jippubblika dettalji ta’ benefatturi li ma jixtiequx li jkunu magħrufa.

Huwa qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li ffukat fuq il-proposti tal-PN fuq is-saħħa.

Meta mistoqsi fuq każijiet li esponenti tal-PN marru fuq btala mal-istess kuntratturi li jieħdu tenders mill-gvern, Dr Busuttil tenna li kieku hu ma kienx jilqa l-istedina.