Il-PN lest jgħin fit-tfassil tal-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ

Il-Partit Nazzjonalista qal li hu lesti li jkompli jgħin fit-tfassil tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ biex din tkun maqbula bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.
Skont il-PN, din isservi biex fil-pajjiż tinbena soċjetà b’valuri sodi, tgħin liż-żgħażagħ jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, u jgħinu lill-pajjiż biex ikompli miexi ’l quddiem.
L-Oppożizzjoni qalet li l-pożizzjoni tagħha hi fid-dawl ta’ dak li ġie diskuss bejn is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Chris Agius u l-Kelliem tagħha għaż-Żgħażagħ, David Agius.
Fl-istess ħin, il-PN feraħ lil Dylan Muscat, li lbieraħ ingħata l-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija. Fisser kif dan hu eżempju ieħor li juri li fil-pajjiż, hemm żgħażagħ li kapaċi jkunu ta’ eżempju tajjeb għal ħaddieħor.