Il-PN juri solidarjetà mal-ħaddiema tad-De La Rue

Is-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SĦPN) wera solidarjetà mat-300 ħaddiem tal-kumpanija De La Rue li se jitilfu xogħolhom fis-sentejn li ġejjin. Dan b’riżultat tar-ristrutturar li se tagħmel il-kumpanija u li minħabba f’hekk se twaqqaf l-istampar tal-flus.
L-SĦPN ħeġġeġ lill-Gvern u lill-Unjins tal-ħaddiema milquta biex jagħmlu dak kollu possibbli u jgħinu lill-ħaddiema u lill-familjari tagħhom. Fakkar li meta eluf ta’ impjiegi kienu mhedda fi żmien l-agħar riċezzjoni li qatt rat id-dinja, il-Gvern daħal f’negozju u salva 5,000 impjieg.
Ħeġġet ukoll lill-ħaddiema jagħmlu l-għalmu tagħhom u jiksbu t-taħriġ meħtieġ biex iċ-ċentru ta’ eċċellenza li se twaqqaf il-kumpanija jservi t’opportunità għal impjieg alternattiv għalihom.