​Il-PN isellem lil Albert Borg Olivier de Puget

Il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja tal-eks Deputat Nazzjonalista Albert Borg Olivier de Puget li miet fl-età ta’ 85 sena.
Albert Borg Olivier de Puget ikkontesta b’suċċess l-Elezzjonijiet Ġenerali tal-1966, 1971, u 1978 f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Kien serva wkoll bħala Whip tal-Kamra għan-naħa tal-Gvern.