Il-PN iressaq proposti dwar iż-Żgħażagħ

Il-Partit Nazzjonalista ressaq numru ta’ proposti permezz tal-Kelliem għaż-Żgħażagħ u Sport Robert Cutajar.
Waqt laqgħa li kellu mal-Kumitat imwaqqaf apposta biex imexxi l-proċess ta' konsultazzjoni fit-tfassil tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, l-Oppożizzjoni ressqet proposti dwar il-qasam tax-xogħol, b'aċċenn fuq il-garanzija taż-żgħażagħ li din hemm bżonn li tibqa' tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.
Proposta oħra li aċċenna għaliha l-Partit Nazzjonalista hija dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ anke fuq livell ta' Kunsilli Lokali. Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li jemmen li l-Aġenzija Żgħażagħ għandha tibqa’ l-promotur ewlieni li tkompli taħdem għal aktar parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjeta' Maltija.