Il-PN jivvota kontra Karl Izzo bħala ambaxxatur għall-Montenegro

Il-Partit Nazzjonalista qal li ivvota kontra l-ħatra ta’ Karl Izzo bħala Ambaxxatur għall-Montenegro, għax fi kliemu l-Gvern qed jibbaża din id-deċiżjoni fuq “il-ħbieb tal-ħbieb”.

Dan il-vot ittieħed fil-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi u l-PN sostna li din in-nomina ma tilħaqx il-livell mistenni fir-rappreżentanza diplomatika. Qal li l-kriterju tal-għażla għandu jkun aktar ibbażat fuq l-esperjenza professjonali, kompetenza u formazzjoni f’din il-linja, u mhux fuq deċiżjonijiet żbaljati jew anti-meritokratiċi.

Il-PN fakkar li l-Montenegro huwa membru futur tal-Unjoni Ewropea, u argumenta li nomini bħal dawn jitfgħu f’dell ikrah il-ħidmiet diplomatiċi kostanti matul iż-zmenijiet.