Aġġornata: Il-Gvern jgħid li finanzjament tal-partiti politiċi jfisser pedamenti sodi

B’reazzjoni għal dak li qal il-Partit Nazzjonalista, il-Gvern qal li regolamenti fil-finanzjament tal-partiti politiċi jfisser pedamenti sodi fl-operat tagħhom. 
Kompla jgħid li ladarba wieħed jagħmel dibattitu fil-miftuħ, ikun qed issaħħaħ il-fidi tal-poplu fih kif ukoll jieħu b’aktar serjetà l-operat tal-partit. 
Intant, il-Partit Laburista qal li l-Oppożizzjoni għandha tieħu ħsieb il-problemi finanzjarji tagħha, u mhux juża l-poplu, hekk kif Simon Busuttil qed jipproponi liġi tal-Finanzjament tal-Partiti biex isewwi l-problemi li wiret mill-Amministrazzjoni preċedenti.
Il-Partit Laburista sostna li l-Partit Nazzjonalista qatt ma daħħal din il-liġi, u ħalliha “tkaxkar” wara kull leġislatura. 

Aktar kmieni: Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ministru Owen Bonnici rrifjuta proposta li kien ressaq il-Partit Laburista dwar il-finanzjament tal-partiti.
Fil-Parlament, l-Oppożizzjoni ppreżentat proposta biex issir diskussjoni fuq tul ta' xahar minn kumitat imwaqqaf apposta biex dan il-kunsens politiku jkun tradott f'liġi u azzjoni.
Il-proposta għall-finanzjament tal-partiti mill-Istat kienet saret mill-Partit Laburista fis-Select Committee li kien twaqqaf fil-leġiżlatura li għaddiet.
Il-Partit Nazzjonalista sostna li d-diskussjoni m'għandhiex twassal għal dewmien għax il-Gvern stess kien se jdaħħalha fl-1 ta' Jannar li ġej.