Il-PN jitlob risposta mill-Prim Ministru dwar l-ittra tal-Avukat Ġenerali

Il-Partit Nazzjonalista rrefera għall-ittra tal-Awditur Ġenerali lill-Ispeaker Anġlu Farrugia u li nqrat din il-ġimgħa fil-Parlament u qal li din titlob risposta denja u azzjoni deċiżiva mill-Prim Ministru.
L-Oppożizzjoni qalet li l-ittra kienet bla preċedent għax qatt qabel ma kien hemm għalfejn istituzzjoni indipendenti tiddefendi l-indipendenza tagħha.
Saħqet li jekk il-Prim Ministru jibqa’ sieket, ikun qed jaqbel mal-attakk tal-eks-Segretarju Parlamentari Michael Falzon u jimmina l-indipendenza tal-istituzzjoni.
B’reazzjoni, il-Partit Laburista qal li l-eks-Segretarju Parlamentari refa’ r-responsabiltà abbażi tar-rapport tal-Awditur Ġenerali. Qal li, b’kuntrast, l-eks-Ministru Nazzjonalista Chris Said, b’reazzjoni għal rapport ieħor tal-Awditur Ġenerali, qal li għamel tajjeb. Il-Partit Laburista akkuża lill-Kap tal-Oppożizzjoni li qed jibqa’ jiddefendi l-politiċi elite ta’ madwaru.