Il-PN jitlob lill-Awditur Ġenerali jinvestiga x-xiri ta’ Cafè Premier

Id-Deputati Nazzjonalisti Tonio Fenech, Claudio Grech, Kristy Debono u Jason Azzopardi talbu lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga x’wassal u kif il-Gvern ħallas is-somma ta’ €4.2 miljun lis-sidien ta’ Cities Entertainment Ltd biex akkwista lura s-sit li kien magħruf bħala Cafè Premier fil-Belt Valletta.
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista sostniet li hawn bosta suspetti dwar dan il-każ u għalhekk qed titlob lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga u jiddetermina l-fatti kif ġraw u kif wasslu għall-ftehim.