Aġġornata: Il-PN jitlob li jerġgħu jingħaddu l-voti ta’ distretti li tilef bi ftit

Permezz ta’ rikors fil-Qorti Kostituzzjonali, Il-Partit Nazzjonalista talab biex b’urgenza il-Kummissjoni Elettorali terġa’ tibda mill-ġdid l-għadd tal-voti tat-tlettax il-distrett elettorali.

Wara l-aħbar li l-PN kien tilef it-8 distrett bi 8 voti biss, il-Partit iddeċieda li jitlob li jerġgħu jingħaddu l-voti f’dan id-distrett ukoll.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li f’Għawdex, 10 voti tal-Kandidat tal-Partit Nazzjonalita Paul Buttigieg intilfu u r-rizultat wassal biex il-Partit Nazzjonalista tilef it-tielet siggu f’Ghawdex b’9 voti.

Il-Partit Nazzjonalista kien diġa talab recount tal-aħħar għadd ta’ voti li kien jiddeċiedi min se jieħu t-tielet siġġu ta’ dan id-distrett.

Iżda minħabba li skond il-Partit Nazzjonalista l-iżball ittieħed f’counts li diġa’ kien ingħalaq, l-għadd mill-ġdid jista’ jerġa’ jinfetaħ biss b’ordni tal-Qorti Kostituzzjonali lill-Kummissjoni Elettorali.