Il-PN jitlob kampanja nazzjonali dwar it-transġeneru

Fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira tat-Transġeneru (TDoR), il-jum li fih jitfakkru t-transgender li nqatlu vjolentament minħabba l-ġeneru tagħhom, il-Partit Nazzjonalista qal li hemm bżonn kampanja edukattiva fuq skala nazzjonali biex tkun miġġielda l-informazzjoni żbaljata dwar dawn in-nies, li twassal għall-mibegħda u l-intolleranza.
Filwaqt li rikkonoxxew l-avvanzi li saru fil-qasam, il-PN irrimarka li hemm bżonn ta’ sforz ikbar li jiġi rifless fil-kurrikuli u sillabi tal-iskejjel, speċjalment fil-lezzjonijiet tal-PSCD.
Argumenta li għandu jkun hemm iktar enfażi fuq l-ugwaljanza.
Il-partit sostna li l-iskejjel għandhom ir-responsabbli li jorganizzaw attivatijiet fejn it-temi ta’ diversità fl-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali jiġu diskussi.
Sostna wkoll li se jkompli jaħdem bis-sħiħ biex jagħmel differenza fil-ħajja tal-persuni transgender, speċjalment fejn jidħol ibbuljar, diskriminazzjoni, abbuż fiżiku jew psikoloġiku.
Il-PN stieden li dawk li jagħmlu parti minn gruppi ta’ minoranza biex jibgħatu l-proposti tagħhom il-Partit.
Il-Partit Nazzjonalista għandu l-ewwel transgender elett uffiċjalment mill-partiti kollha.