Il-PN jitlob inkjesta pubblika dwar il-vapur li ħarab minn Malta

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-aħbar li żvela Newsbook.com.mt dwar vapur li ħarab minn Malta meta suppost kien maqbud bl-ordni tal-Qrati Maltin “hija prova oħra tal-inkompetenza tal-Gvern.”
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista talab biex issir inkjesta pubblika fejn skont il-liġi x-xhieda tieħu ġurament, tkun pubblika u tiġi ppublikata.
Fakkar kif f’Mejju li għadda kien ħarab tanker li ukoll kien miżmum mill-Qrati. Saħaq li sforz il-kritika l-Prim Ministru kien fetaħ inkjeta pubblika u li minnha ħareġ li ħadd mill-awtoritajiet Maltin ma kien resposnabbli.
Il-PN qed juri t-tħassib tiegħu għax fi kliemu s-sistema ġudizzjarja “spiċċat irridokalata” mill-Gvern. Żied li dan se jkollu effett fuq l-ekonomija Maltija għax “każijiet inaqqsu l-fiduċja ta' min irid jinvesti f'Malta.”