Il-PN jitlob biex jiġi diskuss “il-metodu l-ġdid ta’ ħabi tal-PA”

Read in English.

L-Oppożizzjoni kitbet b’mod uffiċjali liċ-Ċermen tal-Kumitat tal-Parlament dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn talbitu biex ikun diskuss il-metodu ġdid ta’ ħabi mill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent qal li dan inkixef mill-midja.

Azzopardi qal li l-Oppożizzjoni temmen li għandu jkun hemm aktar trasparenza fil-qasam ambjentali u mhux bil-kontra. Skont Azzopardi, il-Kummissjoni Ewropea għadha kemm bdiet infringement proceedings kontra Malta minħabba l-ħabi tal-Gvern fl-Environment Impact Assessments.

Aktar kmieni dan ix-xahar, Azzopardi kkundanna t-tqattigħ ta’ 550 siġra f’Santa Luċija. Fi stqarrija Azzopardi qal li Il-PN ma jistax ma jingħaqadx mal-eluf ta’ Maltin li qed juru rabja ġustifikata għall-massakru tas-siġar li l-Gvern għaddej iwettaq.

AQRA: Jason Azzopardi jikkundanna l-massakru tas-siġar; il-PL jgħidlu li qed iħarref