Il-PN jistieden lill-pubbliku jieħu sehem fit-tiġdid tal-politika tiegħu

Il-Partit Nazzjonalista ħabbar workshops li se jsiru matul din is-sena li se jkunu qed jiġu mmexxija miċ-Chairpersons tal-Policy Fora u li matulhom se jiġu diskussi temi differenti.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-Kumitat Eżekuttiv, Ann Fenech u l-Koordinatriċi tal-Policy Fora, Therese Comodini Cachia nedew sensiela ta’ workshops pubbliċi li se jsiru matul din is-sena.
Ann Fenech qalet li diġà kien hemm rispons qawwi minn diversi persuni li diġà bdew joffru l-ideat tagħhom fi ħdan il-Policy Fora.
Minn naħa tagħha, Therese Comodini Cachia ħeġġet lin-nies biex jattendu għal dawn il-workshops u jesprimu l-ideat tagħhom.
Il-Policy Fora twaqqfu f’Lulju li għadda waqt li f’Ottubru, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħatar 10 Chairpersons li qed imexxu dawn il-Policy Fora.