Il-PN jistaqsi dwar il-politika tal-pompi tal-petrol

L-Oppożizzjoni talbet b’mod uffiċjali lill-Gvern biex il-Ministru għall-Ambjent Hosè Herrera jispjega fiex waslet ir-reviżjoni tal-Politika tal-pompi tal-petrol. Dan wara li l-Ministru nnifsu ħabbar li kienu se jsiru xi emendi 9 xhur ilu.

L-Oppożizzjoni, fi stqarrija qalet li l-Gvern qed jagħmel minn kollox biex jevita t-talba li saritlu għal diskussjoni fil-Parlament. Il-Ministru, skont l-Oppożizzjoni qalet li rrifjuta t-talba li saritlu mid-Deputati tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi u Marthese Portelli.

Għal din ir-reazzjoni, l-Oppożizzjoni qed titlob li il-Gvern ma jitnikkirx u jlaqqa’ l-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent jekk hemm bżonn qabel il-ftuħ mill-ġdid tal-Parlament fix-xhar li ġej.