“Il-PN jista’ jirbaħ jekk ikun magħqud” – Adrian Delia

Il-Kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-PN jista’ jirbaħ l-elezzjoni ġenerali biss, jekk il-partit jingħaqad wara l-Kap il-ġdid, ikun min ikun.
F’laqgħa fil-każin tal-PN ta’ Ħaż-Żabbar, Dr Delia qal li l-avversarji politiċi tal-PN qed jinqdew b’kollox biex jifirduhom, biex wara din l-elezzjoni ma jsibux saqajhom u ma jkunux jistgħu jibdew jaħdmu. Saħaq li l-PN irid juri li hu magħqud u qal li għax il-PN għandu rilevanza kbira fil-ħajja tan-nies, Malta tinsab tiddiskuti l-ħatra tal-Kap tal-PN.
Huwa elenka għadd ta’ proposti li għandu jekk jiġi elett, fosthom dwar l-istruttura ta’ tmexxija, tisħiħ tal-AŻAD u ħatra ta’ żewġ assistenti segretarji ġenerali.