Il-PN jirranka għall-elezzjonijiet mal-PPE

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia iltaqa’ mal-Viċi President tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), Dara Murphy.

Murphy li huwa d-direttur tal-kampanja tal-PPE li se ssir s-sena d-dieħla, qal li se jkun qed jagħti l-appoġġ sħiħ lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Fil-laqgħa kien diskuss kif il-Partit Nazzjonalista hu għaddej bi proċess li jressaq aktar nies li jistgħu jkunu kandidati għal din l-elezzjoni u b’hekk jagħtu servizz politiku lill-Maltin u l-Għawdxin fuq livell Ewropew.

Il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se tkun qed tiffoka fuq il-ħtiġijiet tan-nies, l-aktar fl-oqsma tas-sigurtà, il-qasam soċjali, l-għajnuna lil dawk vulnerabbli u pagi aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin.