Il-PN jippreżenta d-dokument ta’ qabel il-baġit tal-2020

Budget 2019 Malta Newsbook

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia flimkien mal-memri tal-Oppożizzjoni nieda d-dokument ta’ qabel il-baġit tal-2020. It-tema tad-dokument hu Ekonomija Bilanċjata, Soċjetà Sostenibbli.

Waqt laqgħa mal-imsieħba soċjali fl-MCESD Delia qal li Malta qed tgħix f’kontradizzjoni, fejn min-naħa hemm ekonomija li qed timxi ‘l quddiem u min-naħa l-oħra hemm faxex tas-soċjetà li qed jibqgħu fejn huma jew qed jaqgħu lura. Delia spjega kif fil-qafas tad-diskussjoni tal-baġit ġew analizzati s-sitwazzjonijiet, raw x’inhuma l-isfidi u pproponew soluzzjonijiet għalihom.

Delia qal li l-Gvern miex b’mentalità li tippremja iżjed lil min kapaċi jgħawweġ jew jikser ir-regoli.

Hu spjega kif il-Partit Nazzjonalista fid-dokument ta’ qabel il-baġit 2020 qed joffri proposti għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern biex jiġu indirizzati uħud mill-problemi identifikati. Fost dawn hemm il-proposta li kull sahra jew xogħol part-time jiġi ntaxxat sa massimu ta’ 10%.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Mario de Marco ta ħarsa dettaljata tad-dokument. De Marco qal li d-dokument fost l-oħrajn iħares lejn l-izviluppi fl-ekonomija globali u dik lokali, partikolarment lejn Brexit u kif dan jista’ jħalli impatt fuq Malta.