Il-PN jipproponi traħħis fil-fuel b’5ċ

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista (PN), Adrian Delia, qal li waħda mill-proposti fid-dokument tal-partit ta’ qabel il-baġit huwa li l-fuel jitraħħas b’5 ċenteżmi, u jinżamm taħt il-medja tal-UE matul il-leġiżlatura.
Waqt laqgħa mal-membri tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, Dr Delia kkritika lill-Gvern talli mhuwiex iqassam it-tkabbir ekonomiku b’mod ekwu, u għax mhuwiex qed jaħseb biżżejjed fit-tul.
Għalhekk, huwa sostna li l-għan tal-proposti fid-dokument tal-PN, A Sharing Economy, huwa li joffru alternattivi lill-Gvern sabiex il-ġid jitqassam b’mod ġust, u l-effett tas-surplus jinħass iktar min-negozji żgħar, iż-żgħażagħ, u l-persuni b’paga minima.
Fost il-proposti l-oħra tal-PN, Dr Delia semma’ li titneħħa t-taxxa tas-sisa minn fuq prodotti essenzjali, u li toħroġ opportunitajiet ekonomiċi fit-tul minn sfidi u okkażjonijiet bħal Brexit, Valletta 2018, u l-Air Malta.

Ritratt: Partit Nazzjonalista