Il-PN jipproponi tnaqqis temporanju ta’ 50% fit-tariffi tad-dawl

Il-PN jgħid li r-roħs fil-prezz taz-żejt għandu jkun rifless fil-kontijiet tad-dawl

Kont tad-dawl

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jipproponi li għax-xahar ta’ Marzu u April, it-tariffi tad-dawl u l-ilma jitnaqqsu b’50%. Dan hekk kif skont il-PN, il-prekawzjonijiet li qed jittieħdu biex titnaqqas l-imxija tal-coronavirus, qed iwasslu għal impatt negattiv qawwi fuq l-ekonomija.

Il-PN sostna li l-gvern huwa fid-dover li jagħmel dak kollu possibli biex il-poplu ma jerfax il-piż tal-konsegwenzi waħdu.

Il-PN qal ukoll li fl-aħħar jiem kien hemm tnaqqis konsiderevoli ta’ kważi 30% fil-prezz taz-zejt. Spjega li dan għandu jservi ta’ inċentiv lill-gvern biex jgħin lill-familji jirkupraw minn din id-daqqa. Fisser li apparti minn hekk, inċentivi bħal dawn huma meħtieġa għan-negozji żgħar u għall-qasam tat-turiżmu sabiex jirpiljaw malajr kemm jista jkun minn dan il-perjodu iebes.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn