Il-PN jipproponi l-ħatra ta’ kummissjoni indipendenti għar-reklutaġġ fl-Armata

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista insista li tinħatar kummissjoni indipendenti li tistudja u tressaq rakkomandazzjonijiet dwar l-ingaġġ ta’ rekluti ġodda fil-Forzi Armati ta’ Malta.

Dan qaluh il-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Dione Borg u Michael Briguglio waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn saħqu li abbużi mill-Gvern wasslu biex issir ħsara lir-reputazzjoni tal-Forzi Armati u lill-maġġoranza tal-membri li jaħdmu b’serjetà.

Saħqu li din ir-rakkomandazzjoni qed issir biex ikun żgurat li ma jerġax ikun hemm każijiet bħall-qtil ta’ Lassane Cisse, “li xxokkja lill-poplu Malti”, u sabiex ma jkunx hemm promozzjonijiet partiġġjani.

Il-PN se jħares id-dritt li kull ċittadin ikun infurmat u se jipproteġi l-ġurnaliżmu”

Intant, il-Partit Nazzjonalista saħaq li jrid ikompli jkun protagonist tal-libertà u l-pluraliżmu fil-midja. Sostna li għaldaqstant qed iressaq miżuri biex il-valuri li fuqha hi msejsa d-demokrazija jkunu protetti permezz ta’ iktar investimenti b’fondi Ewropej fil-ġurnaliżmu ta’ kwalità.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ippreżentata mill-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech u Dione Borg, il-PN qal li hu se jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-fake news, billi jħares is-sostennibbiltà tal-ġurnaliżmu stampat u permezz tal-protezzjoni tal-whistleblowers.

“Id-deċiżjonijiet li jolqtu lill-Għawdxin għandhom jittieħdu mill-Għawdxin stess”

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li jemmen li dawk id-deċiżjonijiet li jolqtu fil-laħam il-ħaj il-ħajja ta’ kuljum tal-familji u n-negozji Għawdxin għandhom jittieħdu mill-Għawdxin stess.
Il-kelliem għal Għawdex Chris Said u l-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

David Stellini waqt konferenza tal-aħbarijiet qalu li hu għalhekk li l-PN se jibqa’ jinsisti li Għawdex jiġi kkunsidrat bħala reġjun. Sostnew li min-naħa l-oħra, il-Partit Laburista “iqis l-Għawdxin bħala nies tat-tieni klassi u jġibilhom vapur antik u skadut.”