Il-PN jippreżenta d-dokument dwar il-governanza tajba lil MCESD

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ippreżenta d-dokument tal-Partit Nazzjonalista dwar il-governanza tajba ‘Nibnu Fiduċja Ġdida fil-Politika’ lill-imsieħba soċjali fl-MCESD.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li sabiex wieħed jiġġieled il-korruzzjoni, għandu isir sforz u impenn kollettiv mill-partiti politiċi, mill-pubbliku u mill-imsieħba soċjali.
Simon Busuttil irrefera għall-istħarriġ tal-Ewepbarometru fost in-negozji Maltin li kkonkluda li 81% tan-negozji f’Malta jħossu li l-korruzzjoni hi mifruxa fil-pajjiż kollu. 
Enfasizza li jirriżulta wkoll li 78% tan-negozji jaħsbu li l-favuri u l-korruzzjoni qed ixekklu l-kompetizzjoni filwaqt li 49% jaħsbu li l-korruzzjoni xi darba jew oħra telfithom milli jirbħu xi kuntratt tal-Gvern.
Min-naħa tiegħu, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għad-Djalogu Soċjali Clyde Puli spjega li d-dokument dwar il-governanza tajba fih ir-regoli ta' kif il-Partit Nazzjonalista jaħseb li għandha ssir il-politika.

Ritratt: Facebook