Il-PN jikkundanna t-tattiċi tal-PL biex itawwal proċess fil-Qorti

Il-Partit Nazzjonalista kkundanna t-tattiċi tal-Partit Laburista biex itawwal il-proċess fil-Qorti Kostituzzjonali fil-każ taż-żewġ siġġijiet nieqsa li għandu l-Partit Nazzjonalista fil-Parlament.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista rrefera għal dak li ġara llum fil-Qorti fejn id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela ġie mwiddeb mill-Qorti dwar “imġiba mhux professjonali”
Il-Partit Nazzjonalista tenna li l-poplu qed jiċċaħħad mir-rappreżentanti li vvutaw għalihom fl-elezzjoni ġenerali, għaliex kien sar żball fl-għadd tal-voti.
Dwar dan il-każ diġa’ ngħatat sentenza li tagħmel ġustizzja mal-elettorat Malti, iżda wara l-proċess fil-Qorti, il-Partit Laburista appella biex jidħol fil-kawża. Skont il-Partit Nazzjonalista dan il-pass sar biss biex itawwal il-kors tal-ġustizzja.