Il-PN jikkritika l-bidla fis-Servizz Ċivili

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija, ikkritika l-mossa tal-Gvern li jibdel u jaħtar Segretarji Peramanenti ġodda b’rabta mal-bidla fil-Gvern. Il-Partit Nazzjonalista qal li din hija l-ewwel darba li Gvern għażel li jippolitiċizza s-servizz ċivili u sejjaħ dan bħala żvilupp li ma jagħmilx ġid.

L-istqarrija tkompli tgħid li biż-żieda fin-numru ta’ Ministeri u bl-irtirar imminenti ta’ wħud mis-Segretarji Permanenti, il-mossa agressiva li ħa l-Gvern Laburista li jbiddel is-Segretarji Permanenti kienet waħda mhux meħtieġa. Il-Partit Nazzjonalista kompla jgħid li l-Gvern għażel il-politika fuq l-interess Nazzjonali.