Il-PN jiġbor €307,300 f’maratona ta’ ġbir ta’ fondi

Bernard-Grech-maratona-PN
Facebook

Il-Partit Nazzjonalista ġabar is-somma ta’ €307,300 f’maratona ta’ ġbir ta’ fondi li seħħet ilbieraħ.

It-tema ta’ din il-maratona kienet “Ningħaqdu, niġġeddu u nirnexxu.” Din kienet l-ewwel maratona ta’ din ix-xorta taħt it-tmexxija tal-Kap il-ġdid tal-PN Bernard Grech, propju ġimgħa wara li hu rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-partit kontra Adrian Delia.

Fl-aħħar tal-maratona, Grech kellu kliem ta’ tifħir u ringrazzjament għal dawk li ħadmu biex il-maratona tirnexxi u tittella’ fi żmien ġimgħa biss. Qal ukoll li f’ġimgħa, kien hemm madwar 550 persuna li saru tesserati ġodda mal-PN.

Grech ta €15,000 lill-Partit Nazzjonalista. Dawn ġew ippreżentati waqt il-maratona ġbir ta’ fondi għall-PN. Dawn il-flus inġabru mill-crowdfunding li sar tul il-kampanja tiegħu għat-tmexxija tal-partit.

Tagħrif fuq il-kampanja ta’ Bernard Grech
Il-kampanja ta’ Bernard Grech swiet €36,400