Il-PN jiċħad li se jippubblika storja dwar il-ħajja personali ta’ Joseph Muscat

Il-Partit Nazzjonalista ċaħad li fl-aħħar jiem tal-kampanja se joħroġ fil-mezzi tax-xandir, storja dwar il-ħajja personali tal-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat.

Dan wara li fuq Facebook, qed jingħad li l-Partit Nazzjonalista għandu f’idejh storja dwar Joseph Muscat u mistenni jużaha bħala l-aħħar karta f’din il-kampana elettorali.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista iddisassocja ruħu bl-aktar mod katergoriku.

Qal li dan ma jqisx li hu l-mod kif tagħmel il-politika.