Il-PN jibda jfittex voluntiera biex jgħinu fir-riforma

Il-Patit Nazzjonalista beda jfittex voluntiera biex jgħinu fir-riforma li se jkun qed jagħmel il-partit.

Fi stqarrija ffirmata minn Louis Galea intqal li l-proċess ta’ riforma tal-PN se jkun wieħed infurmat, ispirat, u gwidat minn tim multidixxiplinarju mmexxi minnu.

Fil-bidu ta’ Lulju, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista approva b’mod unanimu l-proposta ta’ Delia biex Louis Galea kun inkarigat mill-proċess tar-riforma politika tal-partit. Galea se jkun qed jagħmel dan ix-xogħol b’mod volontarju.

Filmat: Il-Kunsill Ġenerali tal-PN se jitlaqqa’; Louis Galea se jmexxi l-proċess tar-riforma

Fil-ġurnali tal-lum qed jidhru avviżi bi stedina biex min hu interessat jagħti l-kontribut tiegħu fir-riforma. Galea qal li t-tim tar-riforma se jkun magħmul minn diversi individwi b’abilitajiet differenti.

Dawk interessati se jkunu qed jintalbu jikkommettu minimu ta’ ħames sigħat fil-ġimgħa xogħol fuq bażi volontarja.

Fuq Facebook, l-eks kandidat tal-PN għall-elezzjonijiet tal-MEPs ta’ Mejju Peter Agius qal li l-PN huwa “mimli difetti”. Qal li hu se jkun qed japplika biex ikun parti mit-tim tar-riforma.

Il-Partit Nazzjonalista mimli difetti. Illum għandek għażla… Jew tibqa' tgerger, jew tibgħat email fuq foresight@azad.org.mt u tagħti daqqa t'id. Flimkien nistgħu nitjiebu. Jien ser nibgħat l-email.

Posted by Peter Agius on Sunday, July 28, 2019

Ilbieraħ il-Kap tal-PN Adrian Delia rebaħ vot ta’ fiduċja dwar it-tmexxija tiegħu.  Dalogħodu qal li din ma kinitx rebħa ta’ Adrian Delia iżda rebħa tal-PN kollu wara li l-kunsillera kważi kollha ħarġu bi ħġarhom u ħadu sehem fi proċess demokratiku.

“Irrid indawwar riżultat storiku f’opportunità ta’ tisħiħ” Delia

“Il-PN kien sar partit ‘unelectable’ minħabba diversi mikrobi”. Hekk qal Dr Louis Galea waqt il-programm Newsline fuq 103 f’dik li kienet l-ewwel intervista in-depth miegħu wara li ngħata l-inkarigu biex imexxi l-proċess ta’ riforma tal-Partit Nazzjonalista.

Delia l-mikrobu tal-PN? Xi jwieġeb Louis Galea

Dr Louis Galea meta mistoqsi minn Newsbook.com.mt jekk hux lest li jkun mexxej temporanju tal-Partit Nazzjonalista mill-ewwel wieġeb fin-negattiv.

Mhux lest inkun mexxej temporanju – Louis Galea

Fil-bidu ta’ Lulju, skont sorsi ta’ Newsbook.com.mt Galea intervjena fil-kwistjoni tal-profili foloz fuq il-mezzi soċjali.