Il-PN jgħid li n-nuqqas ta’ kaxxi fil-pitkalija qed joħolqu problemi għall-bdiewa

Il-Partit Nazzjonalista qal li n-nuqqas ta’ kaxxi fil-pitkalija qed joħolqu problemi għall-bdiewa. Skont il-PN, il-Gvern dam ma ħareġ l-offerti biex jinxraw il-kaxxi u qed iwassal għal tbatija żejda lill-bdiewa.
L-Oppożizzjoni insistiet mal-Gvern biex, mill-aktar fis possibli jiprovdi dawn il-kaxxi tant bżonnjużi għall-bdiewa Maltin u Għawdxi, qabel ma s-sitwazzjoni tkompli taggrava.
Fi stqarrija l-PN qal li “huwa d-dmir tal-Gvern, fil-konfront tal-bdiewa tagħna, li jiffaċilitalhom ix-xogħol tagħhom biex b’hekk inaqqsilhom it-tbatija u mhux iżidilhom.”