Il-PN jgħid li l-Gvern għandu jagħti kumpens lill-familji kollha

Il-Partit Nazzjonalista qed isostni li l-Gvern għandu jagħti kumpens lill-familji kollha jekk iż-żieda tal-għoli tal-ħajja se tkun €0.58.
Fi stqarrija, l-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern qed jgħabbi l-familji bil-piżijiet f’prezzijiet tal-petrol u d-diesel ogħla u taxxi moħbija fuq l-edukazzjoni biż-żieda tal-miżati.
Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jistax jitwemmen fuq il-pagi meta qabel sar Prim Ministru għamel protesti fit-toroq kontra żieda tal-għoli tal-ħajja li kienet €1.16.
L-istqarrija ssostni li l-Prim Ministru qed ipoġġi piżijiet fuq il-familji bi prezzijiet ogħla tal-fuels filwaqt li qed jibgħat lill-pensjonanti jixtru l-mediċini li suppost qed jipprovdilhom mingħajr ħlas.