Il-PN jgħid li hu impenjat jagħti importanza lill-isport

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u l-Kelliem għall-Isport Ryan Callus ippreżentaw tifkira lil kull wieħed mir-rebbieħa tat-58 Edizzjoni tal-Sport Malta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, fejn sostnew li l-PN huwa impenjat biex jagħti l-prijorità u l-importanza li l-isport jixraqlu fil-formazzjoni edukattiva taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. 
L-isport ikun għandu strument li jwassal l-għaqda u l-formazzjoni tas-soċjetà, żied jgħid Delia.  
Qal ukoll li l-limitazzjoni ġeografika ta' Malta m'għandhiex tkun ta' xkiel għall-formazzjoni sportiva taż-żgħażagħ. L-isportivi Maltin urew li huma kapaċi daqs kull atleta ieħor u urew dan bir-riżultati li kisbu barra minn xtutna, kompla jgħid. 
Fi Kliem Adrian Delia, l-Gvern għandu l-obbligu li jagħti r-riżors u l-faċilitajiet kollha possibbli lill-isportivi Maltin u Għawdxin kollha.