Il-PN jgħid li hu favur il-kaċċa u l-insib

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li huwa favur il-kaċċa u l-insib sakemm dan ikun fil-parametri tal-liġi.

Huwa ċaħad l-allegazzjoni falza pubblikata mill-FKNK li l-Partit Nazzjonalista jrid jabolixxi l-kaċċa u l-insib billi jagħmel referendum.

Il-Prim Ministru qal biss li huwa jirrispetta l-liġi ta’ Malta li tistipola li jekk ikun hemm talba minn 10% tal-elettorat li jitolbu li jsir referendum, dan ir-referendum ikollu jinżamm.

L-istqarrija tkompli tgħid li l-fatti jixhdu kif Gvern Nazzjonalista ġġieled u mar il-Qorti Ewropea tal-ġustizzja biex iħares it-tradizzjoni tal-kaċċa fir-rebbiegħa kif ukoll applika derogi għall-insib.