Il-PN jelenka lista ta’ nuqqasijiet fl-iskejjel

Il-Partit Nazzjonalista (PN) qal li l-Gvern mhux jippjana kif hu xieraq u b’hekk mhux ilaħħaq mal-miri tiegħu stess fis-settur tal-edukazzjoni. Fi stqarrija, il-PN qal li l-Gvern:

  • Naqas milli jibni skola ġdida kull sena
  • Naqas fis-sistema ta’ trasport b’xejn lill-istudenti kollha
  • Naqas milli jipprovdi proviżjoni ta’ apparat bħal-laboratorji
  • Naqas milli jimpjega biżżejjed għalliema għas-sena skolastika l-ġdida
  • L-għalliema tal-Malti u l-Matematika spiċċaw b’ammont kbir ta’ xogħol
  • Filwaqt li kompla jiddemotiva l-għalliema bin-nuqqas ta’ kundizzjonijiet tajba
  • Naqset is-sigurtà fl-iskejjel u żdiedet il-burokrazija

Il-PN qal li l-Gvern ma jistax jibqa’ jwaħħal f’ħaddieħor għan-nuqqasijiet tiegħu stess. Min-naħa l-oħra huwa rringrazzja lill-għalliema ta’ xogħolhom filwaqt li awgura kull suċċess lis-60,000 student u studenta li daħlu lura l-iskola.