Il-PN jaqbel mal-MUT dwar l-istampar fl-iskejjel

B’reazzjoni għall-istqarrija tal-MUT li hu inaċċettabbli li l-istampar tal-iskejjel kollha jsir fl-istamperija tal-Gvern, il-Partit Nazzjonalista qal li jappoġġja lill-MUT bis-sħiħ.

Il-PN saħaq li l-Gvern qiegħed jiċċentralizza kollox, pereżempju anke fil-Kunsilli Lokali, fl-interess tal-ftit li huma fil-qalba tiegħu, mentri meta hu kien fil-Gvern, kien jipprova jiddiċentralizza, u jqarreb l-amministrazzjoni lejn min suppost li taqdi.

Għalhekk, qal il-PN, għażliet bħal dawn kienu jitħallew f’idejn l-għalliema u l-kapijiet tal-iskejjel.