Il-PN jappella għal soluzzjoni mal-ispiżerija tal-Isptar San Luqa

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-morda qed ibatu l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ qbil mal-Gvern fuq l-ispiżerija tal-Isptar San Luqa.
Fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri, il-Partit Nazzjonalista rrefera għall-iskema tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek (POYC) fejn qal li l-Gvern għadu ma sabx soluzzjoni mal-ispiżerija bil-konsegwenza li għexieren ta’ pazjenti u qraba ta’ persuni morda sabu l-bieb magħluq meta marru biex iġeddu l-permessi għall-mediċi li għandhom bżonn.
Il-Partit Nazzjonalista appella lill-Gvern biex isolvi il-kwistjoni mal-ispiżjara tal-POYC f’San Luqa “b’mod prattiku u mill-aktar fis possibli”.