Il-PN u l-AD jappellaw biex jiġi ppublikat ir-rapport kollu dwar il-ħażna tal-LNG f’Delimara

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista insista li l-OHSA tippubblika minnufih il-korrispondenza u r-rapporti kollha li ngħataw minn konsulenti esterni biex tat ir-reazzjoni fil-qosor tagħha lill-MEPA dwar ir-riskju tal-proġett tal-power station tal-gass u l-ħażna ta’ 140,000 metru kubu ta’ LNG fil-bajja ta’ Marsaxlokk.
 
Il-Partit Nazzjonalista qal li qed jistenna li l-OHSA tippubblika mhux biss ir-rapport sħiħ tal-espert li qiegħed jissemma fl-ittra tal-OHSA lill-MEPA iżda r-rapporti kollha relatati li l-OHSA għandha b’rabta ma’ dan il-proġett. 
Il-Partit Nazzjonalista jsostni wkoll li l-MEPA m’għandha tikkonsidra l-ebda applikazzjoni qabel ma dawn ir-rapporti jkunu ppubblikati ħalli jkunu analizzati kif jixraq.