​Il-PN jakkuża lill-Prim Ministru li gideb ukoll dwar il-pagi

Il-Partit Nazzjonalista akkuża lill-Prim Ministru li reġa’ nqabad f'gidba oħra kbira, din id-darba dwar il-pagi u s-servizzi soċjali.
Il-PN qal li bejn l-2008 u l-2013, il-paga medja f'Malta żdiedet b'€2,640 minkejja li d-dinja kienet għaddejja mill-agħar kriżi ekonomika f'mitt sena. Fl-istess snin, il-pensjonanti gawdew iż-żieda sħiħa ta' kważi €4 fil-ġimgħa. 
Il-PN qal li fl-istess ħin, Joseph Muscat ried ineħħi l-faqar billi jdaħħal il-living wage, li tkun ogħla mill-paga minima, u jżid il-pensjonijiet u s-servizzi soċjali b'ammonti sostanzjali.
Il-PN akkuża lill-Prim Ministru li qed jilgħab biċ-ċifri u l-ewwel jgħid li ż-żieda tal-għoli tal-ħajja se tkun ta’ €1.16 fil-ġimgħa u mbagħad €0.58.
Dan waqt li l-Ministri, id-Deputati Laburisti u l-qraba tagħhom qed jiffangaw f'pagi fenomenali, temm jgħid il-PN.