Il-PN jakkuża lil Ministru Bartolo li qed iwaħħal fil-ħaddiema ta’ Skola Sajf

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo mhux jerfa’ r-responsabbiltà u li minflok qed iwaħħal fil-ħaddiema.
Dan intqal fi stqarrija b’referenza għal każ ta’ Skola Sajf u Klabb 3-16.
Il-PN kompla jgħid li din mhux l-ewwel darba li l-Ministru Bartolo waħħal fil-ħaddiema, id-darba l-oħra meta ried iwaqqaf l-istipendji tal-istudenti tal-O-levels fil-post sekondarja.
F’seduta parlamentari, il-Ministru Bartolo kien qal li wara li l-union tal-għalliema kienet ġibdet l-attenzjoni tal-Ministru għal xi nuqqasijiet, l-informazzjoni mogħtija lill-Ministru kienet li ma kienx hemm problemi.
Hu sar jaf li kien hemm nuqqas ta’ adulti biex iħaddmu ċ-ċentri, il-Ħadd waranofsinhar, qabel ma kellha tibda Skola Sajf.