Il-PN jaħtar Bord ta’ Reviżuri

Fl-aħħar jiem, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ħatar Bord ta’ Reviżuri bl-iskop li jkun jista’ jissorvelja l-ħidma tal-partit, b’mod speċifiku f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzi kif ukoll mal-ħidma operattiva. Dan il-bord twaqqaf skont il-bidliet fl-istatut tal-Partit Nazzjonalista li daħlu fis-seħħ aktar kmieni din is-sena.
Iċ-Chairman tal-Bord ta’ Reviżuri huwa Franz Wirth, waqt li l-membri huma Malcolm Custo’, Isabelle Vella, Eugenio Privitelli u Mario Galea. Franz Wirth huwa d-Direttur tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni ta’ waħda mill-kumpaniji ewlenin tal-IT f’pajjiżna.