Il-PN isellem lill-anzjani fil-Jum Internazzjonali tal-Anzjani

Il-Partit Nazzjonalista sellem lill-anzjani kollha fil-pajjiż fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat għall-Anzjani.
Mario Galea, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Anzjani, wera apprezzament lejn dak li jagħmlu l-anzjani, li f’Malta wkoll qed jiżdiedu.
Faħħar lill-anzjani li jwettqu xogħol volontarju f’diversi oqsma u lil dawk li jgħinu lil uliedhom irabbu lit-tfal.
Il-PN saħaq li għandu għal qalbu l-anzjanità attiva u għalhekk fetaħ djar tal-anzjani ġodda f’inħawi differenti minn fejn tingħata kura speċjalizzata.
Fetaħ ukoll ċentri ta’ matul il-jum, ċentri għal bil-lejl, u bdew jingħataw servizzi ġodda għall-anzjani li jgħixu fil-komunità.
Il-PN saħaq li kif wettaq fil-prattika, jemmen li l-anzjani għandhom jibqgħu jingħataw l-opportunità li jaħdmu wara  l-età tal-irtirar, għax fadlilhom ħafna x’jagħtu lill-pajjiż.