Il-PN isellem il-memorja tal-eks Kunsillier tal-Munxar Laurence Mizzi

Anthony Grech / Google Maps

Il-Kulleġġ tal-Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista (KKLPN) sellem il-memorja tal-eks Kunsillier Laurence Mizzi li serva fil-Munxar bejn is-snin 1994 u 1998 f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Il-KKLPN qal li l-ħidma tas-Sur Mizzi tul l-erba’ snin li dam fil-kariga sarrfet f’ħidma sfiqa b’lealtà għal-lokalità tal-Munxar. Minkejja li f’dak il-perjodu, il-kunsilli lokali kienu għadhom jibdew, xorta waħda Mizzi ppreżenta ruħu sabiex jaħdem f’dan il-qasam.

Il-Kulleġġ tal-Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista bagħat il-kondoljanzi lill-familja ta’ Mizzi, lill-Kunsill Lokali tal-Munxar, qraba u ħbieb oħrajn.

Kondoljanzi sinciera lill-familja ta' Laurence Mizzi. Wenzu, kif maghruf maghna l-Munxarin, serva bhala kunsillier fil-kunsill tal-Munxar bejn 1994 u l-1998. Grazzi tas-servizz tieghek. Strieh fis-Sliem!

Posted by Il-Munxar LOCAL Council on Monday, September 7, 2020