“Il-PN irid reviżjoni tal-policies dwar il-pompi tal-petrol” – Delia

PN GRTU

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li jridu jiġu riveduti l-policies dwar il-pompi tal-petrol biex dawn ikunu ‘l bogħod miċ-ċentri ta’ residenza.
F’laqgħa ma' delegazzjoni tal-GRTU mmexxija mill-President Paul Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Malta ma tistax tibqa’ tiżviluppa fuq art verġni mingħajr pjan.
Semma kif Malta għandha bżonn pjan fit-tul biex in-nies ikunu jistgħu jgawdu minn bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent.
Delia stqarr li li għandu jsir studju biex jiġi stabbilit l-ammont ta' pompi tal-petrol li l-pajjiż għandu bżonn.  
Min-naħa tiegħu, il-President tal-GRTU Paul Abela saħaq li ċ-ċaqliq tal-pompi tal-petrol għandu jsir bi pjan, speċjalment jekk maż-żmien se jiżdiedu l-karozzi li jagħmlu użu minn sorsi ta' fuel alternattivi.