Il-PN irid investiment privat għall-films fir-Rinella

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern għandu jassigura li jkun hemm investiment privat fil-faċilitajiet għall-films fir-Rinella.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li l-Gvern rebaħ il-kawża kontra l-kumpanija Mediterranean Film Studios li kienet qed tokkupa r-Rinella Film Facilities.
Din il-kawża nfetħet mill-Gvern, numru ta’ snin ilu, iżda s-sentenza fil-Qorti tal-Appell ingħatat aktar kmieni din il-ġimgħa.
Dr Francis Zammit Dimech qal li issa l-Partit Nazzjonalista qiegħed jappella biex il-Gvern jassigura li f’dan is-sit ikun hemm investiment privat li jieħu l-inizjattiva u jirrijabilita’ dan is-sit li għandu potenzjal enormi.
L-istqarrija kompliet tgħid li fl-aħħar snin saru passi kbar fis-settur tal-films, b’diversi produzzjonijiet internazzjonali jiġu ffilmjati f’Malta u kawża t’hekk anke jiġu reklamati il-gżejjer Maltin.