Il-PN iressaq mozzjoni biex ikun revokat l-Avviż Legali dwar il-billboards

Il-Partit Nazzjonalista ppreżenta mozzjoni biex ikun revokat l-Avviż Legali, li jitkellem dwar il-billboards. Din il-mozzjoni ġiet ippreżentata mill-Kelliem għall-Ambjent Ryan Callus.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, Jason Azzopardi qal li dan l-Avviż Legali jonħoq id-dritt tal-libertà tal-espressjoni u jxekkel il-ħidma li jwettqu l-partiti politiċi u organizzazzjonijiet volontarji.
Fakkar ukoll li l-Avviż Legali ddaħħal mingħajr konsultazzjoni, la mal-Oppożizzjoni u lanqas mal-operaturi fis-settur u l-korpi kostitwiti.
Semma wkoll l-istqarrijiet li ħarġu l-Kamra tal-Kummerċ u l-GRTU, fejn ikkritikaw dan l-Avviż Legali għax qalu li se jolqot ħażin lill-membri tagħhom b'piżijiet u obbligi finanzjarji ġodda fuq in-negozji.
Min-naħa tiegħu, id-deputat Ryan Callus qal li hu ċar li dan l-Avviż Legali sar bl-għaġġla u bl-iskop uniku li jwaqqaf lill-PN milli jitkellem dwar l-iskandlu tal-Panama Papers, li jinvolvi l-kumpaniji li ċ-Chief of Staff Keith Schembri u d-Deputat Mexxej tal-PL, Konrad Mizzi.