Il-PN iniedi manifest għal kull Kunsill Lokali

Luke Zerafa

Il-Partit Nazzjonalista nieda l-programmi elettorali għat-68 lokalità fejn se jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali waqt li ppropona li għal kull lokalità jsir rapport dwar l-impatt soċjali minħabba t-tkabbir fil-popolazzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-programmi fihom aktar minn 2,000 proposta li wħud minnhom huma ġenerali u oħrajn speċifiċi għal bżonnijiet partikolari tal-lokalitajiet.

Fost il-proposti hemm it-tisħiħ tal-komunitajiet tagħna, tisħiħ tal-identità, it-tisbiħ ambjentali, night shelters u day care centers għal kull lokalità u community policing li jkun ta’ wens għar-residenti.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar Kunsilli Lokali Robert Cutajar qal li l-Partit Nazzjonalista ressaq 80 proposta ġenerali għal Kunsilli Lokali aħjar, li ħafna minnhom ma ġewx milqugħa mill-Gvern.