Aġġornata: Il-PN imħasseb fuq kif il-Gvern qed iġib ruħu fil-krizi tal-Libja

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Bustuttil qal li jinsab imħasseb dwar kif il-Gvern qed iġib ruħu fis-sitwazzjoni tal-Libja.
Fi tmiem żjara f’Ħal Lija, Dr Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni ma kinitx qed tiġi aġġornata bl-iżviluppi fil-Libja. 
Staqsa għaliex il-Gvern Malti ma ordnax l-evakwazzjoni tal-Maltin u għaliex il-Ministru tal-Affarijiet Barranin kien jgħid lill-Oppożizzjoni biex ma tkomplix tkabbar is-sitwazzjoni.
Busuttil appella lill-Gvern biex jaħdem qatiegħ biex Malta tgħin għall-istabilità u l-paċi fil-Libja.

Reazzjoni tal-Gvern

Il-Gvern qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jipprova jiżra’ id-dubji u jdaħħal il-politika partiġġjana fuq ix-xogħol serju u bi pjan li qed jagħmel il-Gvern biex jara li kull persuna Maltija fil-Libja tkun sigura u jkollha l-mezzi kif tiġi lura. Dawn il-mezzi ilhom jiġu pprovduti ġimgħat sħaħ mingħajr daqq ta’ trombi.

L-istqarrija tg]id li l-attitudni li qed tieħu l-Oppożizzjoni hija għal kollox negattiva meta kkumparata mal-ħidma pożittiva tal-Oppożizzjoni fl-2011 li kienet koperattiva u flok ippruvat tfixkel, ħadmet biex tkun ta’ għajnuna fl-interess nazzjonali.