Il-PN iħeġġeġ lill-Gvern jgħid x’se jagħmel bl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Il-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ lill-Ministru għall-Kunsilli Lokali, Owen Bonnici, biex jgħid x’inhuma l-intenzjonijiet tal-Gvern dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Dan wara li l-Gvern ħabbar li għaddejin konsultazzjonijiet biex l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali jsiru fl-2019, mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Fi stqarrija l-PN appella lill-Gvern biex minnufuh jippublika l-abbozz tal-liġi dwar l-elezzjonijiet.
Il-PN qal li f’demokrazija, elezzjoni hija l-ogħla forma ta’ konsultazzjoni u għalhekk “ma jagħmilx sens” li ssir konsultazzjoni biex jitneħħew l-elezzjonijiet.
L-istqarrija żżid ukoll li l-Ministru mhux jirrispetta s-Sindki, l-Viċi Sindki, il-Kunsillieri u dawk li jispiraw li jkunu kandidati. Tgħid li dawn iridu jkunu jafu fejn qegħdin u jekk hux se jħejju għall-elezzjoni.