Il-PN iħeġġeġ l-użu għaqli tal-ambjent

Biex l-ulied jgħixu f’ambjent aħjar għada, jeħtieġ li kull wieħed u waħda minna jaġixxi b’responsabiltà llum.
Ir-riżorsi f’Malta huma limitati, ma jistgħux jiġu sfruttati anzi jridu jintużaw bl-aħjar mod possibbli inkella jiġi żmien meta jkunu għosfru.
Il-Kelliem tal-Ambjent għall-Oppożizzjoni, Marthese Portelli, qalet dan f’messaġġ f’filmat maħruġ mill-Partit Nazzjonalista fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ambjent.
Il-Kelliem tal-PN Ryan Callus ħeġġeġ l-għaqda fost il-poplu biex l-ambjent jingħata prijorità biex il-ġenerazzjonijiet futuri jkollhom ambjent iktar nadif u sabiħ.