Il-PN ifaħħar l-istqarrijiet ta’ waqfien mill-ġlied fil-Libja

REUTERS/Ayman Al-Sahili.

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista faħħar id-dikjarazzjonijiet li saru lbieraħ fl-Libja fejn ġie reġistrat qbil bejn Fayez al-Sarraj għan-naħa tal-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali ta’ Tripli u ta’ Agila Saleh l-President tal-Parlament f’Tobruk.

Il-PN qal li dan huwa “pass importanti ‘l quddiem” fejn qalu li dan sar wara snin ta’ ġlied intern qawwi.

Il-Partit Nazzjonalista qal li dan il-ftehim jikkonsisti f’waqfien mill-ġlied immedjat fuq t-territorju kollu, kif ukoll li Sirte u Jufra ma jkunx hemm armi, li forzi militari barranin jinħarġu mill-pajjiż u finalment li fl-2021 jkun hemm elezzjonijiet ġenerali.

Il-PN temm jgħid li dawn it-taħditiet iwittu t-triq biex ikun hemm stabbilità u demokrazija f’pajjiż li fuqu żżomm il-paċi fil-Mediterran.

L-istqarrija kienet iffirmata mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u mis-Segretarja Internazzjonali Roselyn Borg Knight.